Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin flimkien mal-Union Ħaddiema Magħqudin iffirmaw ftehim settorjali ġdid għall-ħaddiema tal-Korp Diplomatiku wara nuqqas li dam 25 sena.
Il-korp diplomatiku jaf il-bidu tiegħu fl-1964 meta Malta saret indipendenti. Dawn il-ħaddiema jirrappreżentaw lill-pajjiżna fl-ambaxxati u missjonijiet internazzjonali fejn ifasslu l-pożizzjonijiet laterali u bilaterali ta’ pajjiżna.
Il-Ministru Għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela saħaq li l-ħaddiema huma għal qalb il-Gvern u dan il-ftehim se jkun qed itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal 133 ħaddiem fi ħdan dan il-Korp Diplomatiku Malti. Abela stqarr li fix-xhur li ġejjin il-Gvern mistenni jiftaħ reklutaġġ għal aktar ħaddiema bil-għan li jkun hemm aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin li jkunu studjaw dwar il-qasam.