Ġie ffirmat ftehim settorali ġdid għall-Flebotomisti u d-Decontamination Sterile Technicians, bejn id-Dipartiment għas-Saħħa u l-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN.
Il-flebotomisti huma dawk li jieħdu d-demm tal-pazjenti.
Min-naħa l-oħra, id-Decontamination Sterile Technicians huwa l-persuni li jiddikontaminaw apparat mediku li jintuża aktar minn darba, l-iktar fit-teatri tal-operazzjonijiet, biex ikun assigurat li jkunu siguri u sterilizzati biex ikunu jistgħu jintużaw fuq pazjenti oħra.
Il-ftehim settorali jassigura li għall-ħames snin li ġejjin, dawn il-ħaddiema se jingħataw taħriġ li jwassal, kemm għal servizz aħjar lill-pazjent kif ukoll avvanz fil-karriera ta’ dawn l-istess professjonisti.
Fl-istess waqt, daw il-ħaddiema se jaraw titjib fil-paga.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne laqa’ dan il-ftehim b’sodisfazzjon u fakkar kemm huwa importanti li l-interessi tal-pazjenti jinżammu dejjem l-ewwel.
Tenna li l-Gvern jibqa’ kommess li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati tas-saħħa biex ikompli jissaħħaħ is-servizz.