Il-Ministeru tas-Saħħa u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin iffirmaw ftehim settorali ġdid għall-pharmacy technicians li jaħdmu mas-settur pubbliku.
Dan il-ftehim jassigura titjib fl-avvanz tal-karriera tal-impjiegati kurrenti u dawk prospettivi, iktar opportunitajiet biex ikomplu bl-istudji tagħhom u javvanzaw, u titjib fil-paga.
Waqt l-iffirmar tal-ftehim, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne awgura l-kollaborazzjoni li wasslet għal dan il-qbil u aċċenna dwar l-importanza tat-taħriġ kontinwu tal-ħaddiema li qed jingħata importanza fil-ftehimiet settorali l-ġodda kollha biex dejjem jitjieb is-servizz offrut lill-pazjent.