L-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel iffirmaw ftehim meqjus bħala kontroversjali fuq sistema ta’ missili.
Dan fid-dawl tal-kunflitt bejn il-Korea ta’ Fuq u dik ta’ Isfel.L-Amerikani se jkunu qed joffru sistema magħrufa bħala THAAD li kapaċi tilqa’ għall-missili li kapaċi jispara l-militar tal-Korea ta’ Fuq.
Sadanittant kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fiċ-Ċina kritika dan il-ftehim militari u saħaq li dan kollu kapaċi jhedded l-istabilita’ u l-paċi tant bżonnjuża f’dan ir-reġjun.&&