Ftehim bejn l-Aġenzija għas-Servizzi Korretttivi u l-fondazzjoni RISe se jwassal biex din tal-aħħar toffri servizzi ta’ terapija u appoġġ lill-priġunieri u anke lil dawk li jkunu skontaw is-sentenza.
L-għan ta’ dan il-ftehim huwa li inqas nies jerġgħu jidħlu l-ħabs.
Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni RISe Charles Mifsud innota kif bosta priġunieri għamlu taħriġ ma’ din il-fondazzjoni u dan il-ftehim se jkompli jsaħħaħ dan.
Qal, “Matul dawn l-aħħar ħames snin li għaddew, koperazzjoni dejjem għal Faċilità Korrettiva. B’din 70 persuna għaddew mill-programm tal-Fondazzjoni RISe u 70 persuna għadhom jiġu segwiti f’kuntest ta’ after care.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korretttivi Robert Brincau qal kif dan huwa ftehim li jgħin fir-rijabilitazzjoni.
Spjega, “Sodisfazzjon li naraw proġett bħal dan, mill-ewwel jiġi attwat. B’kollaborazzjoni sħiħa mal-kollegi tagħna tar-RISe, biex fl-aħħar nibdew nagħtu l-after care lill-priġunieri tagħna biex ngħinuhom jirrabilitaw fis-soċjetà.”
Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri saħaq kif permezz ta’ dan il-ftehim se tkun qed tingħata attenzjoni speċjali lejn dawk il-persuni li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Qal, “Però issa se mmorru għal pass li jmiss, illi anke persuni li jkunu skontaw is-sentenza u jinsabu lura fil-komunità jirċievu servizz ta’ after care u dawk is-servizzi kollha, illi huma għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jidħlu lura fis-soċjetà u fil-komunità tagħna.”
Il-Ministru Camilleri semma kif ftehim simili sar mal-fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl, fejn permezz t’hekk ikun hemm laqgħat bejn it-tfal u l-ġenituri tagħhom.