L-MCAST u l-Awtorità għall-Istandards tal-Kura Soċjali iffirmaw ftehim li mistenni jtejjeb il-kwalità fis-servizzi soċjali.
Dan il-ftehim indefinit se jiprovdi ukoll opportunitajiet ta’ aprentistar għal studenti tal-MCAST mal-awtorità u ma’ organizzazjonijiet relatati magħha.
Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-MCAST, il-Professur James Calleja tkellem dwar kif fl-aħħar sentejn l-MCAST iffirma aktar minn ħamsa u għoxrin ftehim sabiex jespandi r-rabta ta’ kuntatti mal-industrija. Tkellem ukoll dwar l-importanza tat-tagħlim fuq l-post tax-xogħol.
Il-Profs Calleja stqarr, “Kwalifiċi fil-Health and Social care li jibdew minn livell wieħed sa livell sitta ġifiri degrees. Allura se jingħataw opportunità dawn li jkunu f’apprentisti, anke mal-awtorità u ma organizzazjonijiet li l-awtorità għanda sehem fix-xogħol importanti li tagħmel għal ħarsien soċjali.”
Preżenti għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim kien hemm il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonniċi li spjega kif dan il-ftehim se jkun pass ‘il quddiem għall-istudenti.
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon saħaq fuq il-ħtieġa li aktar żgħażagħ jitħarrġu biex jaħdmu fil-qasam soċjali.
Dan filwaqt li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, Matthew Vella spjega kif b’dan il-ftehim jiġi assigurat taħriġ iktar effiċjenti, fosthom fl-oqsma tal-Blockchain u proġetti diġitali oħra.
Vella sostna, “Aħna ridna li bħala Awtorità ta’ standards għal Ħarsien Soċjali naraw li l-professjonisti li ħerġin għada fil-futur jkunu mħarġa bl-aħjar mod. Allura morna għand l-MCAST, għamilna dan il-ftehim biex flimkien mal-Mcast naraw li l-Istandards li għandna verament li l-istudenti li huma l-workforce t’għada jkunu diġa mħarġa fuq dan il-livell u b’hekk nassiguraw li jkollna servizz tal-għola kwalità.”