Ġie ffirmat ftehim bejn il-Malta Enterprise u l-Università Kanadiża McGill bil-għan li jistabbilixxi kollaborazzjoni aktar mill-qrib fir-riċerka fil-qasam tal-kannabis.
Il-ftehim se jgħin lill-Malta Enterprise biex tindirizza d-differenza fil-ħiliet li teżisti fl-industrija farmaċewtika billi toffri taħriġ mingħand l-aqwa profesjonisti fis-settur tal-kannabis mediċinali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia qal li dawn il-korsijiet li se jibdew mis-sena d-dieħla.
Farrugia spjega li “Se jibdew joffru korsijiet f’Malta speċjalizzati f’dak li għandu x’jaqsam mal-medical cannabis. Ġejna bħala partners naturali anke minħabba li Malta qed noħolqu cluster u komunità b’saħħitha ta’ ħafna, ta’ dawk li huma kumpaniji li joffru din il-mediċina.”
Apparti dawn il-korsijiet, se jiġu offruti korsijiet oħra bħala top-up għal profesjonisti fil-farmaċewtika Maltin kif ukoll skambju ta’ studenti.
Id-Direttur taċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Kannabis, Dr Carolyn Baglole, qalet illi wara snin ta’ perċezzjoni fuq il-kannabis bħala droga llegali tappnet il-potenzjal għal użu mediċinali tal-pjanta. Huwa sostna: “The industry is still learning, society is still learning its only been a year since the fully legalisation of cannabis in Canada and so I think there is going to be some growing pain but I think it is very exciting time for everybody involved.”
Il-fatt li l-pjanta tal-kannabis kienet illegali, ma kienx isir studju, però minkejja dan l-istudju dwar il-kannabis mediċinali. Dan sostnih id-Direttur tan-network għall-Innovazzjoni fl-Università McGill.
Smith stqarr: “I say we are looking at the order of a decade or two to get it all sort it out, but we will do this. At McGill we get the network going around and we are doing this in conjunction with the medical people and the policy people etc, so we have the full scope of information and thinking that is to require to make this field move ahead in an orderly fashion.”
Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona li ppresjeda dan il-ftehim, qal illi peress li din l-industrija f’Malta għadha rilattivament ġdida, dan huwa ż-żmien opportun għal dan il-kollaborazzjoni mal-Università tant prestiġġjuża bi storja ta’ aktar minn 200 sena u li hija rikonoxxuta bħala waħda mill-aqwa universijtajiet fil-Kanada fejn tidħol ir-riċerka. Il-Ministru Cardona temm jgħid li permezz ta’ dan il-ftehim, Malta mhux biss se tiddiversifika imma se tkabbar is-settur farmaċewtiku.