Il-Gvern ftiehem ma’ eksbaħħara tas-Sea Malta biex wara għaxar snin jissieltu l-Qorti ħadu ġustizzja u tħallsu l-paga u benefiċċji oħra li kienu baqgħu mingħajrhom wara li Gvern Nazzjonalista kien falla s-Sea Malta.
Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd li fl-ewwel paġna rrapportat kif id-deċiżjoni hija konformi ma’ wiegħda li saret l-baġit għal din is-sena fejn il-Gvern kien qal: “Il-Gvern jinsab f’negozjati avvanzati mal-eksbaħħara tas- Sea Malta biex darba għal dejjem tiġi konkluża l-pendenza li għandhom quddiem il-Qrati.”
Fl-aħħar xhur, il-proċess ta’ negozjati għan-naħa tal-Gvern mexxewh il-Ministri Owen Bonnici u Edward Zammit Lewis u s-saga li tinvolvi madwar erbgħin ħaddiem ingħalqet fl- aħħar jiem wara sensiela ta’ diskussjonijiet.
Dan bl-approvazzjoni tal- Kabinett tal-Ministri u wara li ttieħdu pariri professjonali u legali fosthom l-Avukat Ġenerali.
Il-ħaddiema wkoll kienu lesti għal kompromess, tant li biex jaslu għall-ftehim aħħari ċedew kważi l-imgħax kollu li kellhom jieħdu fejn, minflok it-8% li tipprovdi l-liġi, ħadu biss 1%, biex sal -aħħar il-ħaddiema tħallsu -ewwel ta’ Settembru li għadda taħt il-gwida tan-Nutar tal-Gvern.
Ikkwotat mill-gazzetta KullĦadd, il-Ministru għall- Ġ̇ustizzja Owen Bonnici spjega kif meta għalqet is-Sea Malta l-ħaddiema baħħara kienu ppreżentati b’sitwazzjoni li, jew imorru mas-sidien il-ġodda b’kundizzjonijiet differenti, jew il-kumpanija tiġi xolta
bil-possibbiltà li ma jiħdux il- benefkċċji li ħaqqhom.
Eventwalment il-ħaddiema baħħara fetħu numru ta’ kawżi fosthom proċeduri biex jippartecipaw l-konkorsi ta’ kredituri dwar il- flus li ġew mill- bejgħ tal-bastimenti Żebbuġ u Maltese Falcon. Żewġ assi li kellha s-Sea Malta li nbiegħu bil-għan li jitħallsu l-kredituri bil- ħaddiema jkunu fost l-aħħar l- lista.
“Dan għax l-eks-MinistruAustin Gatt ġegħilhom imorru l-Qorti biex jieħdu dak li hu tagħhom,” żied il-Ministru Edward Zammit Lewis, li nnota kif il-ħaddiema kollha li kienu parti l-kawżi qablu mal-arranġament li ppropona l-Gvern wara n-negozjati.
Kien fl-2005 li s-Sea Malta għalqet il-bibien tagħha bi Gvern Nazzjonalista, primarjament Austin Gatt, li kien determinat li ma jarax din il-kumpanija tirnexxi, tant li diversi pjani mressqa mill-bord tas-Sea Malta kienu dejjem injorati u nanzjament imwiegħed mill-Gvern sa mill- 2002 ma wasal qatt.
Meta fl- 2005 il-kwistjoni kienet -iktar mument kritiku, Gatt kien aġixxa b’arroganza mhux biss mal-bord iżda anke ma’ dawn il-ħaddiema, u huwa biss illum, wara bidla fl- amministrazzjoni, li qed jieħdu d-dinjità li ħaqqhom.
Kelliem għall-Gvern ikkonferma li bħal dawn il-ħaddiema hemm sezzjonijiet oħra li jridu jieħdu ġustizzja. U bħalma kien hemm min ħadha fl-aħħar tliet snin, qed issir ħidma biex oħrajn joħduha fi ż-żmien li ġej.