Ġie ffirmat ftehim kollettiv bejn l-Università u li l-unjin tal-akkademiċi tal-Università li se jwassal għal titjib fis-salarji u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-akkademiċi. Dan hu mifrux fuq diversi oqsma oħra marbuta ma’ kundizzjonijiet u prattiċi tal-akkademiċi.
Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella qal li dan huwa ftehim sinifikanti għaliex jagħmel ġieħ lill-Università, lill-akkademiċi, u li fuq kollox iżomm f’moħħu lill-istudenti.
Il-President tal-UMASA, Dr Jean Paul Baldacchino, qal li jinsab kburi li flimkien mal-Università saret ħidma biex iż-żewġ partijiet waslu għal ftehim li jirrifletti r-realtajiet tal-pajjiż kif u s-sitwazzjonijiet tal-akkademiċi.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana saħqet li permezz ta’ dan il-ftehim ġew indirizzati diversi kwistjonijiet u sfidi li hemm fl-Università. B’hekk l-akkademiċi mhux biss ħa jkollhom kundizzjonijiet tajba, imma ħa jkunu wkoll ta’ importanza fuq l-impatt tal-ħajja tal-istudent fl-Università.
Il-Ministru Caruana stqarret: “Matul il-perjodu ta’ diskussjoni ġew esplorati diversi issues, diversi sfidi li hawn ġewwa l-Università, u li allura bis-saħħa ta dan il-ftehim ġeww indirizati.”
Għall-iffirmar kien hemm preżenti wkoll Karmenu Vella, il-Pro-Kanċillier tal-Università u wkoll il-Viċi President tal-UMASA Dr Ivan Sammut.