Se jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xufiera tal-ġudikanti wara li ġie ffirmat Ftehim bejn l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u l-General Workers’ Union.
Fi stqarrija l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal ukoll li permezz ta’ dan se jkunu qegħdin igawdu minnu ukoll impjegati ġodda li jidħlu f’dan il-grad.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis spjega li, “l-amministrazzjoni tifhem li dawn l-impjegati għandhom xogħol sensittiv u tapprezza s-sens ta’ dedikazzjoni li dejjem urew. Dan il-ftehim, li ilu mistenni snin, jassigura bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi li għandhom dawn il-ħaddiema”.