L-Unjoni Ewropea u l-Kanada ffirmaw ftehim magħruf bħala Comprehensive Economic and Trade Agreement li permezz tiegħu se jkun qed jikber in-negozju transatlantiku.
Id-daqqa ta’ pinna fil-ftehim bejn il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau u l-Unjoni Ewropea se tfisser li jiġu eliminati madwar tmienja u disgħin fil-mija tat-tariffi bejn iż-żewġ kontinenti. Huwa stmat ukoll li esportaturi tal-membri stati se jiffrankaw madwar ħames mitt miljun ewro fis-sena f’dazji u tariffi.
L-istandards ta’ dan il-ftehim għandhom iservu t’ eżempju għal ftehimiet prospettivi sostna l-President tal-Kummissjoni Ewropea qabel iffirma dan il-ftehim storiku.
It-triq għal dan il-qbil ma kinitx waħda faċli. Fil-fatt, in-negozjati damu għaddejjin seba’ snin u intemmu nhar il-Ħamis li għadda meta idaħħlu emendi li jakkomodaw ir-reġjun Belġjan ta’ Wallonia.