Transport Malta ħabbret li ntlaħaq qbil mal-Unjin Ħaddiema Magħqudin dwar ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati.
Dan se jkopri ħaddiema bħall-Maritime Professionals, inġiniera u ħaddiema mid-direttorat tal-avjazzjoni ċivili, u gradi maniġerjali u professjonali.
B’dan il-ftehim l-impjegati se jgawdu minn żidiet sostanzjali, benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Trasport Malta, Jonathan Borg sostna li l-awtorità se tibqa’ taħdem biex tassigura li l-ħaddiema tagħha jkollhom l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol.