Aktar minn mitt perit u inġinier li jaħdmu fis-settur pubbliku issa għandhom ftehim kollettiv ġdid li se jibqa’ jservi għall-ħames snin li ġejjin.
Il-ftehim, li ġie ffirmat il-ġimgħa bejn il-Ministeru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali flimkien mal-Union tal-Periti u Inġiniera tas-Settur Pubbliku l-UPISP, se jidħol fis-seħħ mill-bidu tas-sena d-dieħla.
Il-periti u l-inġiniera li jaħdmu mas-settur pubbliku se jgawdu fost oħrajn minn żidiet sostanzjali fil-Class Allowance filwaqt li qsar il-perjodu biex jipprogressaw minn grad għall-ieħor.
Huwa stqarr: “Indirizzaw dawk ir-responsabilitajiet li żdiedu minn dak iż-żmien u kien importanti ħafna biex il-periti u l-inġiniera fis-settur pubbliku jkunu jistgħu jaħdmu u jagħmlu r-responsabilitajiet u x-xogħlijiet tagħhom b’mod tajjeb u li jkun updated maż-żminijiet tal-lum.”
Il-Ministru Ian Borg saħaq li dan il-ftehim għandu jkompli jimmotiva lill-periti u l-inġiniera biex issaħħu l-impenn tagħhom fit-twettiq ta’ aktar proġetti li jgħollu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Huwa qal, “Għaldaqstant il-kundizzjonijiet aħjar għalihom ifissier li huma ser ikomplu jagħtu s-servizz tagħhom u għaldaqstant aħna rridu anke naraw li jkollna ħafna iżjed profesjonisti li jassistu lill-policy makers u d-decision makers f’dak kollu li l-Gvern jagħmel.”