130 ħaddiem tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, se jibbenefikaw minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Dan il-ftehim kollettiv ġdid se jkopri għal perjodu sas-sena 2025.
Apparti t-titjib fil-kundizzjonijiet attwali tax-xogħol tal-ħaddiema, il-ftehim kollettiv ġdid jipprovdi wkoll biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jinvestu fil-karriera tagħhom billi joffri għajnuna għal żvilupp professjonali kontinwu.
Dan wara ftehim milħuq bejn l-MCCAA u ż-żewġ unions li jirrappreżentaw lil dawn il-ħaddiema, il-General Workers’ Union u l-UĦM – Voice of the Workers.
Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv kien hemm il-Ministru għad-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli.