Il-ħaddiema ta’ SportMalta se jgawdu minn pakkett finanzjarju mtejjeb wara l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv ġdid li se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati kollha.
Il-ftehim ġie ffirmat minn rappreżentanti ta’ SportMalta u l-Union Ħaddiema Magħqudin, fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima.

Dan jinkorpora żieda sostanzjali fil-pakkett finanzjarju u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati kollha u juri l-impenn tal-Gvern li jappoġġjaw lill-persuni li jgħinu fl-iżvilupp tal-isport u l-attività fiżika lokali.
Hu wkoll turija ta’ apprezzament lejn l-impjegati mhux biss bħala ħaddiema, imma wkoll bħala msieħba ewlenin biex jintlaħqu tali għanijiet nazzjonali.