Il-General Workers’ Union, permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi ffirmat ftehim kollettiv għall-impjegati tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) li huma fil-gradi ta’ Gaming Inspectors u Shift Leaders. Il-ftehim kollettiv li jkopri perjodu ta’ erba’ snin sal-2020 qed itejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjegati fosthom f’titjib fis-salarji u inċentivi finanzjarji oħra li huma marbuta mat-tip ta’ xogħol li jwettqu.
Is-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi Charlie Galea stqarr li l-espansjoni tas-settur tal-gaming f’pajjiżna qed jikber u qed iġib sfidi ġodda miegħu: “Dawn jitolbu għal kapaċitajiet u ħiliet akbar għall-ħaddiema, speċjalment fil-qasam tal-infurzar, fejn is-sezzjoni tal-ispettorat tal-Awtorità tilgħab parti importanti fil-moniteraġġ u superviżjoni mwettqa.”
Il-ftehim kollettiv kien iffirmat f’isem l-impjegati mis-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi Charlie Galea u f’isem l-MGA kien iffirmat mll-Kap Eżekuttiv Heathcliff Farrugia.