Il-kumpanija ta’ investiment PlugAndPlay, il-moħħ wara l-Accelerator Programme li ta wkoll daqqa t’id lil pjattaformi diġitali ġganti bħal Dropbox u PayPal, issa ffirmat ftehim biex tibda topera minn Malta.
PlugAndPlay għandha network globali ta’ aktar minn tletin elf startup u aktar minn ħames mitt kumpanija u dan għaliex il-kumpanija tgħin startups biex jikbru b’mod aktar spedit.
Id-Direttur Maniġerjali ta’ PlugAndPlay qal li din għażlet lil pajjiżna biex tkun tista’ tagħti appoġġ lil startups ħalli eventwalment jibdew joperaw minn xtutna.
Id-Direttur Omeed Mehrinfar, “Malta is trying to be hub in many different kind of strategy points related to various factors from now entreupreneurship and technology and with that we also want to bring international companies to really localise here and view Malta as their hub connecting to the EU and of course the globe. So we’re excited to be here and above all of that to enjoy the Maltese hospitality. We’re grateful to how we’ve been welcomed here and we’re excited to do a lot of business here and create a lot of value for the entreupreneurial eco-system.”
Il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli rrimarkat dwar l-importanza ta’ dan it-tragward li għadu kif laħaq pajjiżna hekk kif permezz ta’ dan il-programm ser ikompli jitkattar is-sens ta’ ekosistema tal-istartups f’pajjiżna.
Il-Ministru stqarret, “Permezz ta’ dan il-ftehim issa qegħdin noffru l-ewwel Accelerator Programme reali li ser jagħti l-istart ups u anki scale ups li għandhom ideat innovattivi biex jippitchjaw il-proġett tagħhom, biex jidħlu f’dan il-programm, biex ikollhom mentorship serju u biex ikollhom aċċess għal venture capital investors. U b’dan il-mod dawn l-ideat ikunu jistgħu jimxu, jikbru u anki jikkreaw ferm aktar impjiegi u ġid ekonomiku.”
Preżenti għall-iffirmar ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia li spjega kif dan il-ftehim ser ikompli joffri aktar opportunitajiet lill-istartups.