F’konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn filgħodu ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Istitut fl-Università ta’ Malta tal-Istati żgħar. Preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Alfred Vella, li qal kif ftehim bħal dan se jkompli jsaħħaħ dan l-istitut, li kull ma jmur qed jinħass il-bżonn tiegħu.
Permezz ta’ dan il-ftehim l-istudenti f’dan l-istitut se jkunu qed jibbenefikaw ukoll permezz ta’ boroż ta’ studju fost l-oħrajn. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo spjega wkoll l-importanza ta’ tagħlim fuq l-istati żgħar bħall-pajjiżna.
“Istitut importanti ħafna li aħna bħala pajjiż żgħir huwa importani sew għax fil-ġurnata tal-lum u rridu nkomplu nħarsu l-interessi nazzjonali tagħna u waqt li naħdmu ma’ pajjiżi oħra, l-interessi nazzjonali tagħna bħala stati żgħar irridu nħarushom u ma nħallux il-pajjiż kbar jiddettawlna dak li għandna x’nagħmlu.”
Il-Ministru Bartolo żied jgħid li dan l-istitut, li ilu mwaqqaf għal tletin sena, jista’ jgħin ukoll f’diversi oqsma f’pajjiżna, fosthom dawk ekonomiċi.
“Ix-xogħol li jagħmel l-istitut f’diversi oqsma tal-abmjent, ekonomija etc jgħinna biex nieħdu l-pożizzjoni li għandna bżonn għaliex aħna r-relazzjonijiet li għadna aħna għandna bżonnhom għall-ġid ta’ pajjiżna.”