Il-Gvern u l-kumpanija Dragonara Gaming Limited iffirmaw ftehim ġdid għall-konċessjoni ta’ casino li jibda jgħodd mill-bidu tax-xahar id-dieħel.
Dan wara l-ewwel ftehim dwar il-casino inkwistjoni li kien sar mal-Gvern fl-2010.
Matul il-perjodu ta’ din il-konċessjoni, Dragonara Gaming se tinvesti total ta’ għaxar miljun ewro f’teknoloġija, sistemi u tagħmir ġdid bl-għan li tkompli tipprovdi esperjenza tal-aqwa kwalità għal klijenti tagħha.
Il-ftehim ġie konkluż wara sejħa internazzjonali u dan it-tieni ftehim se jfisser li l-kumpanija tal-logħob tkompli tippożizzjona lid-Dragonara Casino bħala wieħed mill-aktar proprjetajiet prestiġġjużi għall-casino fin-Nofsinhar tal-Ewropa, filwaqt li ssostni l-kontribut tal-industrija tal-casinos f’Malta.