L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bi pjaċir tħabbar li ftehim kollettiv ġdid ġie approvat mill-unjins konċernati u l-impjegati, u sussegwentament kien iffirmat dalgħodu.
Is-Sur Paul Bugeja, CEO tal-MTA, flimkein mat-tim maniġerjali, ospita l-laqgħt li saru bejn l-Awtorità, il-General Workers’ Union u Union Ħaddiema Magħqudin, fejn kienu negozjati proċeduri għal ftehim kollettiv ġdid. Il-ftehim preċendenti kien skada fl-2010. In-negozjati dwaru bdew fl-2016, meta ż-żewġ unjins kienu rikonoxxuti biex b’mod konġunt jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-MTA.
Il-ftehim kollettiv ġdid huwa validu mill-2017 sal-2021 u sar b’mod miftiegħem minn żewġ unjins li jolqot total ta’ seba’ gradi; minn housekeepers għal assistant managers.
Riżultat tal-ftehim il-ġdid, Tourist Information Officers se jaqilgħu ammont kull sena ta’ kull lingwa barranija mitkellma minnhom. Id-direttorat tal-infurzar se jinbidel f’żewġ direttorati: wieħed tal-compliance u ieħor regolatorju. Barra minn hekk, ftehim kollettiv ġdid se jiżgura aktar flessibilità fil-ħinijet tax-xogħol għal kull ħaddiem tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Iċ-chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Dr Gavin Gulia, flimkien mal-Ministru għat-Turiżmu Dr Konrad Mizzi, esprimew sodisfazzjon għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv ġdid, u qalu li kundizzjoni tajba tax-xogħol huma neċessarja għal operat tajjeb. Irringrazzjaw lil dawk kollha involuti fin-negozjar.
F’isem il-General Workers’ Union, is-sur Charles Galea tkellem b’mod pożittiv dwar il-mod li bih il-ftehim intlaħaq bejn iż-żewġ unjins li jirrappreżentaw lill-ħaddiema. Qal li dan it-tip ta’ kompromess huwa pożittiv ħafna, meta wieħed jikkonsidra l-fatt li l-ħaddiema huma dawk li l-aktar li għandhom x’jiggwadanjaw.
Is-sur Jesmond Bonello u s-sinjura Antoinette Aquilina f’isem il-UĦM Voice of the Workers qal li l-unjin ħadmet bi sħiħ biex permezz ta’ dan t-tiġdid tal-ftehim kollettiv ma’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, b’garanzija ta’ żidiet fil-pagi għall- ħames snin li ġejjin.