L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-kumitat responsabbli mill-iżvilupp tat-turiżmu fil-
Permezz ta’ dan il-ftehim, li se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2019, in-naħa Maltija u dik Ċiniża se jesploraw mezzi kif jistgħu ikabbru l-iskambju fil-qasam
Se jkunu identifikati opportunitajiet biex bejn l-2018 u l-2019, l-istazzjon satellitari ta’ Guizhou ixandar programmi relatati mat-turiżmu lejn Malta. Fl-istess waqt, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tiffaċilita t-trażmissjoni ta’ programmi relatati mat-turiżmu fil-provinċja ta’ Guizhou fuq it-televiżjoni lokali Maltija.
Sabiex jgħinu u jappoġjaw lil xulxin fejn jidħlu turisti u destinazzjonijiet turistiċi, il-kumitat responsabbli mill-iżvilupp turistiku f’Guizhou u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se jniedu lista ta’ aġenziji tal-ivjaġġar u jirrakkomandawhom lil xulxin.
F’isem l-MTA, il-Kap Eżekuttiv Paul Bugeja faħħar il-mod li bih il-ftehim jagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli f’kull entità u jfittex il-bżonnijiet komuni tat-turisti u tal-iskambju kulturali. Sostna li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tibqa’ ddedikata li żżid l-għarfien dwar Malta bħala destinazzjoni turistika fis-suq Ċiniż u li permezz tal-iffirmar ta’ dan il-ftehim qiegħed iseħħ pass ieħor f’dik id-direzzjoni.
Il-ftehim kien iffirmat bejn ic-Chairman tal-MTA, Dr Gavin Gulia, u l-Viċi Gvernatur tal-People’s Government of Guizhou Province, He Li.