Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol laħaq ftehim mal-GRTU dwar il-programm edukattiv GEM16+.
Bis-saħħa ta’ dan ftehim, studenti li qed jitħejjew għas-SEC u jattendu l-programm se jkunu jistgħu jgħaddu minn esperjenza ta’ xogħol skont il-ħiliet u l-ħajriet tagħhom.
Il-programm joffri ukoll preparazzjoni lill-istudenti għall-eżamijiet ta’ SEC fil-Malti, l-Ingliz, il-Matematika, il-Fiżika u l-ECDL.
Paul Abela mill-GRTU saħaq li r-riżorsa umana trid tirrispondi għall-tkabbir ekonomiku li għandha Malta. Għaldaqstant il-programm se joffri preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol lill-istudenti.
Il-Ministru ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dan il-programm huwa ta’ ġid għall-istudenti.