Ftehim finali dwar Brexit kapaċi jintlaħaq sa nhar l-Erbgħa li ġej, skont in-negozjatur ewlieni għal Brexit Michel Barnier.
Qal ukoll li l-biċċa l-kbira tal-ftehim għad-divorzju kien approvat miż-żewġ partijiet, u qed ikun assigurat li Brussell se jirrespetta l-integrità kostituzzjonali tar-Renju Unit.