Ftit tal minuti ilu ġie iffirmat Memorandum of Understanding dwar oqsma mediċi bejn il-Minsitru tas-Saħħa tal-Montenegro u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Dan se jinkludi skambju ta’ studenti wara li jkunu gradwaw. Malta mistennija sservi wkoll ta’ post fejn studenti mill-Montenegro jiġu jistudjaw.
Is-settur mediku mhux l-unika wieħed fejn se jkun hemm koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, iżda se jkun hemm koperazzjoni wkoll fejn jidħol is-settur turistiku.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qal li pajjiżna se jkun qiegħed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Montenegro biex ikun jista’ jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Tkellem dwar ir-relazzjonijiet mill-qrib li ż-żewġ pajjiżi rnexxilhom jibnu f’dawn l-aħħar xhur. Irrefera għall-proġett tal-enerġija li l-Enemalta qiegħda tagħmel fil-Montenegro u li fil-jiem li ġejjin se tibda tinbena l-istruttura tal-wind farms, proġett ta’ tmenin miljun ewro.
Il-Prim Ministru tal-Montenegro qal li huwa ta’ unur li qiegħed iżur Malta għall-ewwel darba.