Fi tweet dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-istrateġija tal-Gvern Malti, fejn qed jipproteġi lill-familji, waqt li joffri stabbilita lin-negozji, waqt il-kriżi tal-enerġija, ġew imtennija waqt il-Kunsill Ewropew fi Brussell.
Dr Abela qal dan b’reazzjoni għal ftehim fil-Kunsill Ewropew dwar it-triq ’il quddiem għall-enerġija fl-Unjoni Ewropea.
Dwar il-ftehim bejn il-mexxejja Ewropej, il-Prim Ministru qal li dan huwa messaġġ ċar mill-Kunsill Ewropew sabiex jindirizza ż-żieda l-kbira fil-prezzijiet tal-gass għal ġenerazzjoni tal-elettriku.
AQRA WKOLL: