F’dak li kien deskritt bħala ftehim maġġuri wara lejl twil ta’ negozjati, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona Ewro qablu li jestendu l-għajnuna lill-Greċja b’iktar self. Il-ftehim intlaħaq ftit tas-sigħat ilu wara lejl ieħor ta’ taħdidiet fi Brussell bir-riżultat aħħari jkun self ta’ €10.3 biljuni.
Il-ftehim isegwi wkoll vot tal-Parlament tal-Greċja li matulu kien approvat tnaqqis fl-infieq u żieda fit-taxxi. Il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona Ewrop qalu wkoll li eventwalment il-Greċja trid tingħata wkoll ftit nifs fuq id-dejn wara li din kienet ukoll talba tal-Fond Monetarju Internazzjonali, li qal li d-dejn pubbliku fil-livelli ta’ 180% mhuwiex sostenibbli.
Wara ħdax –il siegħa taħdidiet il-President tal-Eurogroup, Jeroen Dijsselbloem kellem lill-ġurnalisti fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħdu. Qalilhom li issa deħli għal fażi ġdida fil-programm ta’ għajnuna lill-Greċja. Fażi ġdida li se tara lill-IMF tibqa’ wkoll parti mill-programm. Programm li ntlaqa’ ħażin minn eluf fil-Greċja li għal darb oħra ħarġu jipprotesta minħabba d-deċiżjonijiet tal-Gvern ta’ Tsipras bil-għan li l-Greċja tibqa’ tingħata l-għajnuna.
IL-KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET WARA L-FTEHIM
L-ISTQARRIJA WARA L-FTEHIM
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/05/konk.pdf”]