L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali ffirmat ftehim flimkien mal-Malta Clean Up u l-Kunsilli Lokali sabiex ma jsirx rilaxxar ta’ bżieżaq f’ attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet tal-lokalitajiet li qegħdin jipparteċipaw.
S’issa 41 Kunsill Lokali ser ikunu iffirmaw dan il-ftehim. L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali tenniet li tirrikonoxxi kif il-ħsara ambjentali ikawżata minn plastik li jispiċċa fil-baħar, mhuwiex biss impatt negattiv mill-att ambjentali imma wkoll fuq il-ħajja marittima fil-Mediterran.
L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali qed timpenja ruħha wkoll billi tibda sensiela ta’ laqgħat mal-Ministeru għall-Ambjent Sostenibbli u Tibdil fil-Klima sabiex tiġi imfassla leġislazzjoni li permezz tagħha jkun jista’ jiġi nfurzat legalment dak maqbul f’dan il-ftehim.