L-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS, u l-Mediterranean Screen Arts Academy, l-MSAA, iffirmaw Memorandum of Understanding bil-għan li jinħoloq dimpartiment fl-ITS li jiffoka fuq korsijiet dwar il-films u l-midja għal studenti li jridu jkomplu jimirħu fil-qasam tal-films f’pajjiżna.
L-iskop aħħari ta’ dan il-ftehim huwa li jmexxi lil Malta lejn futur innovattiv, b’teknoloġiji ġodda li jistabbilixxu lil Malta bħala destinazzjoni ewlenija għall-produzzjonijiet tal-films.
Pierre Fenech, il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, stqarr li bħala skola jagħtu importanza kbira lin-niċċa tat-turiżmu u, bħal kif għamlu żmien ilu fis-settur tal-għadis, issa qed jestendu għall-industrija tal-films u joffru dawn il-korsijiet lill-istudenti futuri.
“Dan l-agreement, bħalma għamilna agreements oħra ma institutions oħrajn f’areas fejn aħna nqisu li huma ta’ importanza kbira għat-turiżmu, se joffri opportunitajiet li dak li jkun Irid jidħol fl-industrija tal-films, ikollhom il-possibilItà li mhux biss jieħdu taħriġ, imma jieħdu taħriġ ta’ livell internazzjonali.”
Pierre Fenech – Kap Eżekuttiv tal-ITS
L-MSAA toffri programmi li jagħtu opportunità lill-istudenti biex jesploraw il-kreattività tagħhom. Trevor Walton, kodundatur tal-MSAA, qal li kien ta’ unur għalihom li jipparteċipaw fl-inizjattivi edukattivi mill-Kummissjoni tal-Films dwar il-midja u jinsabu grati li jistgħu jipprovdu dan is-servizz fil-livell nazzjonali.
“I think it’s a hopeful sign of approval and sign for the future that we are doing something that is a value to young Maltese people that are interested in the film industry for people who have not been to Malta before, but maybe our school and what we are trying to do might be a great opportunity to come and visit this beautiful country as well as attending our school. ”
Trevor Watson – Ko-Fondatur tal-MSAA
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, li kien preżenti għal dan l-iffirmar, enfasizza li dan huwa tragward importanti għat-trawwim tat-talent fl-industrija tal-films f’Malta.
Preżenti wkoll għal dan l-iffirmar kien hemm il-Kummissarju tal-Fflms Johan Grech.