In-Nazzjonijiet Uniti kkonfermaw li l-fazzjonijiet rivali fil-Libja waslu fi ftehim biex iwaqqfu l-ġlied fil-Kapitali, Tripli.
Fl-aħħar jiem inqatlu 47 persuna, u mal-1,800 familja spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom minħabba l-ġlied intern.
Il-ġimgħa li għaddet, il-ftehim biex il-fazzjonijiet rivali jieqfu bill-ġlied kien dam biss ftit sigħat.