Kien iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ta’ Malta u l-Ministeru tal-Korea t’Isfel għall-Artijiet, l-Infrastruttura u t-Trasport bil-għan tissokta l-koperazzjoni fil-qasam tal-infrastruttura bejn iż-żewġ pajjiżi.F’messaġġ fuq il-midja soċjali, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru f’Malta Christopher Cutajar spjega kif tliet snin ilu, kien ġie ffirmat ftehim simili li pprovda għajnuna teknika għall-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, u ppermetta biex Malta tingħata pariri dwar disinnji tat-toroq.
Issa dan il-ftehim se jiġġedded għat-tliet snin li ġejjin u se jservi ta’ pjattaforma għal relazzjoni tajba bejn iż-żewġ pajjiżi.