Ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija tal-Mediċina u l-isptar San Vinċenz de Paul bil-għan li jkun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fl-oqsma tal-farmaċewtika.
Permezz ta’ dan il-ftehim, għall-ħames snin li ġejjin, il-partijiet qed jaraw li janalizzaw il-benefiċċji fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti ġewwa djar ta’ kura, kif ukoll li jissaħħaħ il-kunċett ta’ clinical pharmacy, fost għanijiet oħra.
Sabiex l-anzjani jibqgħu jingħataw kura tal-ogħla livell, permezz ta’ dan il-ftehim ukoll, l-Awtorità Maltija għall-Mediċini flimkien ma’ professjonisti minn l-isptar San Vinċenz ser jikkollaboraw fuq riċerka dwar ‘interazzjonijiet mad-droga’ u reazzjonijiet avversi mill-mediċina.
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ppresjeda għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim.
Huwa spjega li l-għan ewlieni ta’ dan il-ftehim hu li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, hekk kif permezz ta’ din il-kollaborazzjoni se twassal sabiex is-servizz ta’ clinical pharmacy ikun disponibbli għall-pazjenti jew residenti fl-istpar San Vinċenz.
Qal, “L-awtorità tal-mediċina ta’ Malta ħa tikkollabora mal-faċilità ta’ San Vinċenz De Paul biex clinical pharmacist jersqu qrib ir-residenti tagħna u jieħdu ħsieb il-mediċini li kollha qed jieħdu.”