Il-linji nazzjonali tal-ajru KM Malta Airlines iffirmat ftehim mal-ITA Airways tal-Italja li se jgħaqqad in-netwerk u t-titjiriet taż-żewġ linji tal-ajru.
Dan il-ftehim se jkun qed iwasal biex il-klijenti jkunu jistgħu jibbukkjaw biljett wieħed li jinvolvi numru ta’ titjiriet mingħajr xkiel.
B’riżultat t’hekk ukoll, iż-żewġ linji tal-ajru se jkunu qed jużaw il-kodiċi AZ għas-servizzi kollha li se jkunu qed joperaw bejn Malta u l-Italja, waqt li jiġu estiżi s-servizzi lejn Milan u Ruma.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ KM Malta Airlines, David Curmi, esprima s-sodisfazzjon tiegħu b’rabta ma’ dan il-qbil fejn spjega kif se jkun qed iwassal għal konnettività aħjar, filwaqt li joħloq aktar serħan il-moħħ għall-klijenti.