Ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja u l-Fondazzjoni Maltija ta’ Organizzazzjonijiet għall-Persuni b’Diżabilità (l-MFOPD) bil-għan li jiġu ffinanzjati l-ispejjeż amministrattivi sa massimu ta’ €40,000 fis-sena.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja ġie spjegat li l-Fondazzjoni Maltija ta’ Organizzazzjonijiet għall-Persuni b’Diżabilità hi magħmula minn 33 organizzazzjoni mhux governattiva attiva li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità, u minn persuni u korporazzjonijiet marbuta mal-qasam tad-diżabilità f’Malta.
Ritratt: MISW