Fi stqarrrija l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja, l-istazzjon nazzjonali Ingliż BBC iffirma ftehim mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), biex ikun preżenti fil-palk prinċipali ta’ festival ewlieni fid-dinja tal-mużika li se jsir f’pajjiżna llum.
Dan grazzi għal ħidma li qed twettaq l-MTA biex tkompli tippromwovi lil Malta fost niċċa ta’ turiżmu żagħżugħ u jkompli joħroġ ċar id-diversità li jgawdi minnha l-prodott turistiku Malti.
Preżenti għal dan il-festival hawn Malta se jkun hawn Danny Howard, DJ mill-istazzjon BBC Radio 1. Dan minbarra ċelebritajiet bħal m’huma Steve Aoki, Klingande, Tinie Tempah, Mambo Brothers, Luc Adams u t-talent lokali Ziggy.
Li enitità ta’ reputazzjoni għolja bħal m’hija BBC tkun preżenti fuq il-palk ewlieni tfisser suċċess għall-industrija tal-festivals hawn Malta. Il-festival se jkun ukoll irrekordjat u mxandar aktar tard fuq BBC Radio 1.
Il-Ministru ghat-Turizmu Konrad Mizzi awgura kull suċċess għal dan il-festival bil-preżenza tal-BBC Radio 1. Huwa rringrazzja l-ħidma tal-MTA biex dan seta’ ikun success u jħares ‘il quddiem ghal aktar kollaborazzjoni mal-BBC.