Microsoft se jkun qed joffri taħriġ bażiku b’rabta ma’ software lill-istudenti Maltin. Dan f’waħda minn diversi inizjattivi li huma parti minn ftehim iffirmat bejn Microsoft u l-MITA, l-aġenzija tal-gvern fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika. Il-ftehim huwa validu sal-2021 u ma jinkludix biss studenti, iżda se joffri wkoll ċansijiet għall-pubbliku inġenerali.
Permezz tal-ftehim Microsoft se tkun qed tipprovdi 17,500 liċenzja għall-kompjuters li jintużaw fis-servizz pubbliku u assistenza lill-gvern b’rabta mal-istrateġija diġitali fost oħrajn.