Inizjattiva tal-Kunsiller Laburista David Muscat, bil-għajnuna tal-Kunsill Lokali tas-Sliema, rat it-tieni edizzjoni ta’ Sqaqien Slimiżi.
Din l-attività b’elementi folklorisitiċi, saret bil-għan li tiġi ċċelebrata il-kultura Maltija, kultura rikka li kultant, tiġi minsija, sforz il-ħajja mgħaġġla li ngħixu llum il-ġurnata.
L-udjenza numeruża ta’ Maltin u turisti li attendew, kellha ċ-ċans tisma’ tara spettakli ta’ għana u mużika folkloristika u makjetti.
Il-logħob tradizzjonali u l-artiġjanat Malti offrew divertiment fl-isfond tad-daqq ta’ erbgħa baned Slimiżi li ingħaqdu flimkien.
Diversi artisti Maltin, kellhom iċ-ċans li jferrħu lil dawk preżenti, filwaqt li dawk li jogħġbuhom il-karozzi, setgħu jassistu għal xow tal-karozzi antiki.
Il-Kunsillier David Muscat, qal li permezz ta’ attivitajiet ta’ din ix-xorta, il-Maltin jitgħallmu japprezzaw aktar il-kultura u l-ilsien Malti, filwaqt li t-turisti jieħdu togħma żgħira ta’ x’kapaċi joffri pajjiżna.