Numru ta’nies kienu preżenti għal protesta f’Tas-Sliema kontra l-iżvillupp eċċessiv ta’ kostruzzjoni f’pajjiżna.
Claire Bonello li hija rappreżentanta tal-organizazzjoni ‘Flimkien għal ambjent aħjar’ spjegat li din il-ġimgħa daħlu 177 applikazzjoni għal iżvilupp ta’ bini f’pajjiżna. Bonello stqarret li minkejja li din il-protesta qed issir f’Tas-Sliema xorta waħda qed jirreferu għall-iżvillupp tal-bini madwar il-lokalitajiet ta’ pajjiżna kollha.
‘Flimkien għal ambjent aħjar’ qed isostnu li l-applikazzjoniet ta’ żvillupp mhux qed josservaw il-liġijiet fejn jidħol għoli ta’ bini u spazji għall-parkeġġ. ‘Flimkien għal Ambjent aħjar’ qalet ukoll li r-regoli tal-applikazzjonijiet ta’ bini bħalissa huma laxki wisq u li avviċċinaw lil Prim Ministru biex janalizza s-sitwazzjoni.