Wara li lbieraħ kien hemm att vandalu fuq il-faċċata tal-Kurja, illum f’Tas-Sliema dehru atti vandali oħra b’messaġġ simili kontra l-għoti tal-vaċċin.
F’ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali jidhru l-ħsarat li saru fi ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema.
Fuq il-ħitan inkitbu kliem kontra d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, kif ukoll kontra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
F’dan l-att vandalu nkissru wkoll il-fanali ta’ dan il-ġnien.
Fir-ritratti jidhru wkoll membri mit-Taqsima għat-Tindif u l-Manutenzjoni jnaddfu ż-żebgħa li kien hemm f’dan il-ġnien u neħħew kull periklu minħabba t-tkissir tal-fanali.