Hekk kif qed joqrob il-Milied u ħafna jibdew jaħsbu għar-rigal, il-kantant Franklin Calleja f’messaġġ fuq facebook qal li qed jiġbor ġugarelli, ħwejjeġ u affarijiet oħra għal dan il-Milied sabiex ikollu xi jqassam fid-djar tat-tfal u anke fl-isptarijiet. Huwa jixtieq li jqassam dawn ir-rigali lil min, f’dawn iż-żminijiet huwa anqas ixxurtjat.
B’din l-inizjattiva personali, Franklin stqarr li japprezza ħafna lil min jista’ jgħin. Il-Kantant jixtieq li min ser jagħti xi ġugarelli, ħwejjeġ jew affarijiet oħra jagħmel kuntatt miegħu sal-aħħar ta’ Novembru.
Lilhinn mill-kant, Franklin huwa magħruf għal qalb tajba tiegħu. Lura għal żmien il-Għid ta’ din is-sena, f’inizjattiva oħra, kien ġabar aktar minn €3,500 li marru b’risq Puttinu Cares u istituzzjonijiet oħra, filwaqt li kien qassam ħafna ħelu, bajd u figolli.