Ħames produzzjonijiet li nħadmu f’Għawdex f’temp ta’ sitt xhur, ħallew fl-ekonomija ta’ pajjiżna sitt miljun ewro.
Ħames produzzjonijiet barranin li ġejjin mill-Amerika, il-Ġermanja, l-Iżvezja, in-Norveġja u r-Renju Unit.
F’dawn il-produzzjonijiet ħadmu fihom ukoll l-Għawdxin. Din hija waħda mill-miri tal-Kummissjoni Maltija għall-Films, biex dan is-settur jinfirex ukoll fil-gżira tat-tliet għoljiet, li mhux l-ewwel darba offriet xenarju pittoresk waqt xi produzzjoni ċinematografika.
Huwa stqarr: “Meta aħna nattiraw produzzjonijiet lejn pajjiżna, ninkludu wkoll lil Għawdex, u Għawdex se jibqa’ ta’ priorità għalina, il-Kummissjoni tal-Films, biex noħolqu aktar xogħol f’Għawdex kif ukoll kif qed noħolqu f’Malta.”
Il-produzzjonijiet li nġibdu anke ħadmu fuq Kemmuna u fuq Għawdex biss, reality shows għamlu mal-erbgħa u għoxirn jum jaħdmu.
Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech saħaq li l-industrija tal-films qed tkun importanti għall-ekonomija Maltija anki waqt pandemija.
Kompla jispjega li fiż-żmien li ġej ħa jkomplu jiġu attirati aktar produzzjonijiet barranin lejn xtutna; u għalhekk is-settur ikun wieħed aktar sostenibbli: “Irridu aktar fejn inkomplu nattiraw aktar produzzjonijiet mhux biss lejn Malta imma wkoll lejn Għawdex. Malta u Għawdex kulħadd jistqarr, huma film set in itself u issa llum qed naraw aktar nies jingħaqdu magħna, jidħlu f’din l-industrija biex flimkien noħolqu industrija sostenibbli, fejn fiha jgawdi minnha kulħadd.”