F’Settembru l-qgħad kompla jonqos.
Dan ħareġ minn statistika uffiċjali maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO.
Fil-fatt f’Settembru li għadda, in-numru ta’ persuni jirresġitraw għax-xogħol kien ta’ 3,385.
Dan ifisser kważi 300 persuna inqas minn Awwissu hekk kif f’dan ix-xahar kien hemm 3,672 persuna jirreġistraw għax-xogħol.
Il-qgħad ilu jonqos mix-xahar ta’ Ġunju wara li kienet faqqgħet il-pandemija.
Dan ifisser li għar-raba’ xahar konsekuttiv naqas il-qgħad.
Filwaqt li f’Mejju l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien ta’ 4,409, sal-aħħar ta’ Settembru n-numru ta’ dawk ifittxu xogħol naqas b’aktar minn elf persuna.
F’Ġunju, wara li l-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, il-qgħad kien diġà niżel bi kważi mija u erbgħin persuna.
F’Lulju, bit-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq is-settur turistiku, il-qgħad niżel bi kważi mitejn u disgħin.
Dan filwaqt li f’Awwissu reġa’ naqas il-qgħad bi ftit aktar minn tliet mitt persuna.
F’Awwissu wkoll għat-tielet xahar konsekuttiv, Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro.