Skont ċifri tal-aġenzija tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, f’Settembru li għadda Malta kellha t-tieni l-ibar żieda fil-bejgħ bl-imnut fl-Unjoni – żieda ta’ 1.7% meta mqabbel max-xahar ta’qabel.
Il-bejgħ bl-imnut fl-Unjoni Ewropea f’Settembru li għadda żdied 0.4%, meta mqabbel ma’ Awwissu. Din iċ-ċifra hija 1.3% iktar baxxa minn dik ta’ Malta.
L-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kellu rata ogħla minn ta’ Malta fejn jidħol il-bejgħ bl-imnut kien l-Awstrija, bi 3.9%.
B’kuntrast, l-ikbar tnaqqis fil-bejgħ bl-imnut ġie rreġistrat fis-Slovenja, bi 3.7%, fl-Irlanda u fil-Portugal, bi 2.0%, u fis-Slovakkja, b’1.3%.
L-istess statistika turi li, jekk wieħed iqis sena sħiħa, Malta kellha t-tielet l-ikbar żieda fil-bejgħ bl-imnut fl-UE – żieda ta’ 7.4%.