L-hekk imsejħa sena tax-xita li għaddiet, li ntemmet mal-aħħar ta’ Awwissu, kienet fost l-aktar xotti jekk wieħed jikkunsidra l-medja ta’ xita li ġiet ikkalkulata sal-2010.
Fi stqarrija t-tmexxija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjega wkoll li minkejja dan, f’Settembru tal-2020 niżlet ammont rekord ta’ xita għal dan ix-xahar, tant li hu s-seba’ l-aktar Settembru mxarrab li ġie nnotat mill-esperti. Hawn niżlu aktar minn 121 millimetru ta’ xita.
Novembru tal-2020 segwa bħala t-tieni l-aktar xahar li matulu għamlet xita, b’77 millimetru xita kkalkulat. Fil-fatt il-bassara tat-temp spjegaw ukoll li fil-ħarifa li għaddiet niżlet aktar xita milli fix-xitwa b’totall ta’ 223 millimetru li niżlu. Tul ix-xitwa li għaddiet il-bassara sabu li niżel biss nofs l-ammont ta’ xita milli maħsub. Hawn spjegaw ukoll li Frar li għadda kien is-sitt l-aktar xott mill-1923, hekk kif niżlu anqas minn sittin millimetru xita fuq il-gżejjer Maltin.
S’issa tul l-2021 kien hemm 28 jum tempestuż, bl-aktar xahar xott ikun Lulju li għadda, li matulu ma kellna l-ebda maltempata.