F’perjodu ta’ sentejn, bejn l-2021 u l-2022, intefqu ’l fuq minn €17-il miljun fi spejjeż relatati ma’ esperti tal-Qorti.
Dawn l-ipejjeż isiru sabiex issr ġustizzja fi proċessi ġudizzjarji pendenti li jkunu jeħtieġu deċiżjoni.
Din l-informazzjoni kienet ippubblikata fi tweġiba għal mistoqsija Paralmentari li għamlet id-Deputat Laburista Katya De Giovanni lill-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard.
Il-Ministru Attard wieġeb li n-nefqa fuq l-esperti tal-Qorti għas-sena 2021 kienet ta’ €9,316,651 filwaqt li fis-sena 2022 in-nefqa kienet ta’ €8,142,082.
Il-Ministru Attard kompla jispjega li, minn dawn, €47,144 u €90,260 intefqu fuq servizzi ta’ esperti fil-qasam tal-psikoloġija matul l-2021 u l-2022, b’mod rispettiv.
Intant, din l-aħbar ġiet innotata wkoll mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi, waqt li fil-Parlament kien qiegħed jiġi diskuss fi stadju ta’ Tieni Qari l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Proċess tad-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi fakkar ukoll li kienu ilhom isiru tentattivi biex jitħaffef il-proċess ġudizzjarju filwaqt li faħħar l-għan tal-Liġi diskussa li se tagħti aktar għodda lis-sistema ġudizzjarja kollha biex l-affarijiet isiru aħjar.