Din is-sena beda l-programm edukattiv Princes’ Trust International Achieve Programme.
Programm li jgħin l-istudenti sekondarji fl-iżvilupp tagħhom, itejbu l-ħiliet u jippreparhom għad-dinja tax-xogħol u jipprepara lil dawk l-istudenti li għandhom ħajra li jmorru jsegwu l-istudenti tagħhom fl-ITS u l-MCAST.
Fl-2015 il-proġett beda fuq proġett pilota u pparteċipaw seba’ skejjel.
F’din is-sena skolastika l-programm infetaħ għall-iskejjel tal-istat kollha. B’kollox ipparteċipaw 18-il skola u jipparteċipaw 317 student.
Il-programm infetaħ ukoll għall-iskejjel tal-Knisja b’St Michael’s tkun l-ewwel skola li se tipparteċipa.