Bejn l-1 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet u t-30 t’April ta’ din is-sena ġew irrappurtati 628 każ ta’ vjolenza domestika u li fihom kienu involuti 688 vittma.
Fl-istess perjodu ġew irrappurtati 921 każ ta’ ferita fuq persuna u li fihom kienu involuti 1,076 vittma.
San Pawl il-Baħar kienet l-aktar lokalità li rreġistrat l-akbar ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika (52). Isegwu Birkirkara (31) u Ħal Qormi (30).
Din l-informazzjoni parlamentari ngħatat mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela b’reazzjoni għall-mistoqsija tad-Deputat Parlamentari Nazzjonalista Ċensu Galea.