Bl-għajnuna ta’ Dar t’Għanniqa t’Omm mill-Fondazzjoni Life Network is-sena l-oħra ġew salvati tletin tarbija ta’ ommijiet li esperjenzaw tqala li ma kinux qed jistennew u li ma sabux l-appoġġ mingħand il-familja tagħhom.
Ħabbret dan l-uffiċjal amministrattiv tad-dar, Christie Zammit waqt business breakfast favur il-Ġustizzja Soċjali l-Ġimgħa filgħodu. Zammit irringrazzjat lill-Gvern għall-għajnuna li jagħti biex isir xogħol professjonali ma’ dawn in-nisa.
Zammit qalet, “Nista ngħid li s-sena l-oħra salvajna tletin tarbija u tistgħu timmaġinaw li tlett snin oħra ħa jkunu żewġ klassijiet tal-Kindergarten li kieku bis-sapport ma kienx se jirnexxielhom ikabbru l-familja tagħhom.”
Flimkien ma’ Zammit ingħaqdu wkoll diversi rappreżentati oħra minn entijatjiet u fondazzjonijiet differenti li kollha nnutaw il-progress li sar fil-qasam soċjali fl-aħħar snin. Fost dawn kien hemm id-Direttur ta’ Dar Arka f’Għawdex, il-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, il-Caritas, Victim Support Malta, is-Salesjani ta’ Don Bosco, St Jean Antide u oħrajn.