Heritage Malta ħabbret li nhar it-Tlieta, fil-Festa ta’ Santa Marija, viżitaturi tal-mużewijiet taċ-Ċittadella f’Għawdex, se jkunu jistgħu jixtru biljetti bi prezz ridott.
B’biljett ta’ €2 se jkunu jistgħu iżuru l-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Gran Castello, il-Ħabs il-Qadim, il-Mużew Naturali t’Għawdex u ċ-Ċittadella Visitor Centre.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn kull sit barra l-Mużew Naturali t’ Għawdex.