Id-29 ta’ Settembru kull sena tfakkar il-Patrun tal-Ħabs u l-prottettur tal-Uffiċjali, San Mikiel.
Biswit il-Knisja ddedikata lil Kristu Re saret attività simbolika li fakkret il-ħidma fejjieda li jagħmlu il-gwardjani tal-Ħabs waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Għal din l-okkażżjoni taw sehemhom diversi taqsimiet fi ħdan l-Aġenzija Għas-Servizzi Korrettivi, fosthom it-Taqsima tal-Klieb, l-Amministrazzjoni fi ħdan il-Ħabs inkluż xi uffiċjali rtirati u t-Taqsima tal-iSpecial Operation Group.
Taw sehmhom ukoll għadd ta’ Maġġuri, Spetturi, Spetturi Anzjani, persuni distinti fit-tmexxija fosthom id-Direttur Christopher Siegersma u l-Kap Uffiċjali tal-Operazzjonijiet il-Kurunell Etienne Scicluna.
Ħadna l-kumment tas-Surġent Maġġur fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Anna Privitera li kellmitna dwar din il-ġurnata.
“Niċċelebraw Jum l-Uffiċjali tal-Ħabs peress li llum hija l-ġurnata ta’ San Mikiel, il-patrun tagħna u għamilna ċerimonja f’ġieħ il-ħidma tal-uffijċal.”