Matul is-sajf li għadda f’Għawdex daħlu 20 cruiseliner li b’kollox kienu qed iġorru madwar 6,500 passiġġier.
Qal dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, fejn innota kif l-irkupru turistiku tul dan is-sajf kien wieħed b’saħħtu u f’Għawdex l-andament kien tajjeb ħafna.
Il-Ministru spjrga kif fil-maġġoranza tagħhom, dawn kienu vapuri ta’ daqs żgħir jew medju iżda b’tendenzi li jġorru turisti ta’ kwalità.
Saħaq kif il-Gvern se jkompli jaħdem u jinvesti biex jattira lejn xtutna aktar turisti u dan billi jiġi offrut servizzu u prodott tajjeb li jagħtu l-aħjar riklam għal Għawdex.